Bil-kampanja akkwisti issa uffiċjalment hi miftuħa, kull tim f’kull diviżjoni beda jaħdem biex isaħaħħ l-iskwadra rispettiva tiegħu għall-istaġun 2025/26.
L-attenzjoni ta’ bosta hi ffukata fuq it-12-il klabb tal-Malta Premier, b’diversi klabbs diġa’ ħabbru l-ewwel akkwisti. Uħud minn dawn l-akkwisti kienu diġà tħabbru qabel il-ġurnata li f’Malta uffiċjalment beda s-suq tat-trasferimenti, iġifieri t-13 ta’ Ġunju.
Valletta, wieħed miż-żewġ timijiet neopromosi miċ-Challenge League, flimkien ma’ Tarxien Rainbows, diġà taw inidikazzjoni ta’ bidliet interni li qed jagħmlu fosthom fl-operart tal-kumitat li għat-tieni sena se jkun immexxi minn Claudio Grech.
Lil hinn minn kwalunkwé tip ta’ spekulazzjoni li bħalissa qed isiru, fuq kull tim, Net News ninsabu infurmati li Valletta FC ser ikunu qed jippreżentaw skwadra b’saħħitha mibnija fuq numru ta’ trasferimenti li waslu biex ikunu konklużi f’dawn il-jiem.
Fil-fatt il-paġna popolari ta’ Replay fuq Facebook, illum qed tirrapporta li tinsab infurmata li l-klabb ta’ Valletta kkonkluda xejn anqas minn tmien trasferimenti maġġuri fl-iskwadra ewlenija li mistennija jibdew jitħabbru fil-ġranet li ġejjin. Uħud mit-trasferimenti huma players ta’ statura fil-Premier League Malti u oħrajn minn kampjonati barranin li ġew, b’ismijiet ta’ plejers li se jkunu ġodda għal kollox għall-futbol Malti, wara li dawn kienu qed jiġu segwiti mill-viċin minn tim tekniku fi ħdan il-klabb Belti li qed jieħu ħsieb ir-reklutaġġ ta’ dawn il-plejers ġodda.
Għalkemm ħafna paġni ġodda fuq il-midja soċjali, u li tfaqqsu dan l-aħħar u li huma anonimi, illhom għal dawn l-aħħar ġimgħat isemmu trasferimenti ta’ plejers (mhux biss fil-każ ta’ Valletta) li skonthom huma konklużi, dan in-news portal għażilna mill-ġdid l-itqal triq, u minflok inkunu spekulattivi fl-aħbar, tkellimna direttament mal-eqreb sorsi tal-klabb, bl-għan li dak li nirrappurtaw ikun fattwali.
Jidher ċar li Valletta, u bħalhom klabbs oħra, qed jagħżlu li jaħdmu f’silenzju. Sorsi viċin il-klabb Belti saħaq ma’ Replay li t-tmexxija tal-klabb, internament għamlet enfażi li qabel ma jsiru xi forma ta’ stqarrijiet dwar akkwisti ta’ plejers ġodda, in-negozjati u r-reġistrazzjonijiet tal-plejers rispettivi jridu jkunu konklużi.
Mill-informazzjoni li kiseb Replay, jirriżulta li Valletta qed jagħżlu plejers f’kull dipartiment li għandhom karatteristiċi offensivi li jirriflettu l-impostazzjoni lejn il-logħba li tixtieq tara t-tmexxija tal-klabb.
F’kummenti lill-paġna ta’ Replay, il-President ta’ Valletta, Claudio Grech, filwaqt li ma riedx jikkonferma jew jiċħad ismijiet li kienu qed jissemew, saħaq li l-ħidma tal-Club issa riesqa lejn il-qofol tagħha hekk kif l-iskwadra ser tingħaqad biex jibda x-xogħol fil-pitch.
“Dawn l-aħħar xahrejn kienu karratterizzati minn ħidma intensiva ta’ reklutaġġ li kienet koordinata mill-Viċi President tagħna, Nicky Saliba flimkien mal-Head of Recruitment Edward Bartolo u tim tiegħu. It-tim tekniku issa huwa kompletament f’postu sabiex fil-ġranet li ġejjin il-plejers jibdew it-tests fiżiċi tal-bidu tal-istaġun,” qal Grech
Il-President ta’ Valletta żied jgħid li “fl-istess ħin sar ħafna xogħol fil-qasam tal-youths fejn issa ffinalizzajna l-programm li ser jibni ġenerazzjoni ta’ players għas-seba’ snin li ġejjin bil-għan li nattiraw l-aqwa talent lokali li għandu l-ħiliet u l-karattru li jaslu sas-senior team tal-klabb.”
//= $special ?>