Ir-Renju Unit qed iħejji għal mewġa ta’ sħana hekk kif nhar il-Ġimgħa it-temperaturi huma mistennija jilħqu sa 32 grad celsius (89F).
L-Aġenzija tas-Sigurtà tas-Saħħa tar-Renju Unit (UKHSA) għad trid toħroġ twissijiet b’rabta mas-sħana għall-jiem li ġejjin, li jindikaw riskju ogħla għal dawk li għandhom aktar minn 65 sena u nies b’kundizzjonijiet ta’ saħħa partikolari.
Il-MET Office appella sabiex matul din il-mewġa ta’ sħana, il-Brittaniċi jixorbu l-ilma u jżommu ruħhom friski filwaqt li jevitaw ix-xemx bejn il-11am u t-3pm.
//= $special ?>