Futbol Sport

Giacomo Volpe fost is-sitt ismijiet ta’ barranin li mhux se jibqgħu ma’ Birkirkara

Giacomo Volpe
Giacomo Volpe

Giacomo Volpe, il-gowlkiper li ddefenda l-lasti ta’ Birkirkara matul l-istaġun li għadu kemm intemm, mhux se jkun parti mill-iskwadra l-ġdida ta’ Stefano De Angelis, fit-tieni sena tiegħu bħala kowċ tal-Istripes.

Dan tħabbar uffiċjalment mill-klabb, permezz tal-paġna soċjali tiegħu, flimkien ma’ aktar ismijiet ta’ plejers barranin li kienu parti mill-iskwadra li fl-istaġun 2024/25, kienu tant qrib li jirbħu kemm il-Malta Premier kif ukoll l-FA Trophy.

B’kollox Birkirkara ħabbru sitt ismijiet ta’ plejers barranin li b’seħħ immedjat m’għadhomx aktar fuq il-kotba tagħhom. L-ismijiet ta’ Volpe u tal-iskorer prolifiku, Maxuell Maia huma l-aktar tnejn prominenti, wara staġun pożittiv mal-Istripes.

Madankollu t-tluq tal-Brażiljan, Maxuell Maia llu li kien konfermat wara li fil-ġimgħat li għaddew, Gżira United ħabbru l-akkwist tiegħu u allura r-ritorn tiegħu magħhom.

It-tluq ta’ Volpe jasal ukoll bħala sorpriża, għall-fatt li l-eks gowlkiper li fil-passat kien ma’ Juventus fost l-oħrajn, fl-ewwel sena tiegħu f’Malta, kien fost l-aqwa gowlkiepers li kellna fil-Malta Premier.

L-ismijiet l-oħra tal-barranin li tħabbru f’daqqa minn Birkirkara li mhux se jibqgħu magħhom fl-istaġun 2025/26, huma Agustín Sandoná, Brian Esalô, Larsson Coulibaly u Yikpe Gnamien.