Lokali

Grupp sabiħ ta’ tobba jiggradwaw

Matul il-jum, grupp sabiħ ta’ studenti tal-mediċina ċċelebraw it-tmiem b’suċċess tal-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta. Dan hekk kif iggradwaw bħala tobba.

Waqt dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, l-istudenti żaru fost l-oħrajn id-Dar Centrali tal-PN.

It-tobba l-ġodda ntlaqghu fil-foyer tad-Dar Ċentrali mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

Hu ferħilhom għal dan is-suċċess u għall-futur tagħhom f’dan is-settur tant importanti. Dan filwaqt li t-tobba l-ġodda esprimew il-ferħ ġenwin tagħhom wara ħames snin ta’ studju fl-Università.