Vance Luther Boelter, ta’ 57 sena, kien arrestat fl-Istati Amerikan ta’ Minneapolis b’suspett li qatel Melissa Hortman, membru mal-Partit Demokratiku flimkien mar-raġel tagħha.
L-arrest seħħ il-Ħadd filgħaxija wara jumejn tfittxija – bil-Gvernatur tal-Istat, Tim Walz jisħaq li l-assassinju kien motivat politikament.
Kelliema għal Pulizija saħqu fil-ħin tal-arrest ir-raġel kien armat, madanakollu huwa ċeda u ma rreżistiex l-arrest.
Huwa qed jiġi akkużat ukoll li spara fuq u fera lis-Senatur tal-Istat Demokratiku, John Hoffman kif ukoll lil martu Yvette – li t-tnejn jinsabu rikoverati l-istpar f’qagħda stabbli.
Kelliema għal Hoffman spjegaw li verament iqis ruħu xxurtjat li għadu ħaj hekk kif bejniethom il-koppja ntlaqtgħet minn 17-il tir t’arma tan-nar.
Madanakollu ġie spjegat li verament jinsabu xxukkjati bit-telfa ta’ sħabhom u saħqu li din il-mibgħeda politika kollha żgur li m’għandhiex postha f’pajjiż bħall-Istati Uniti.
//= $special ?>