Sport

Jirbaħ il-Jott Jubatus 

Il-Jott Jubatus ta’ Sean Borg , rebaħ il-Marzamemi Regatta Trophy , kompetizzjoni annwali tar-Royal Malta Yacht Club lejn Marzamemi.

Irjieħ ħfief matul il-vjaġġ lejn Marzamemi għamlu bidu diffiċli, li rrikjeda bidliet frekwenti ta’ qluħ u deċiżjonijiet strateġiċi mill-flotta. Il-kundizzjonijiet  wasslu biex bosta ekwipaġġi rtiraw.

Filwaqt li t-tellieqa lejn Marzamemi ntrebħet minn Ton Ton Laferla Insurance ta’ Jonathan Gambin, u t-tellieqa lejn Malta minn Geisha ta’ Stefan Debattista, kien Jubatus ta’ Sean Borg li rebaħ it-trofew overall.  Jubatus kien dartejn fit-tieni post fuq il-ħin korrett li kien biżżejjed biex jirbaħ din l-edizzjoni,

Jubatus rebaħ ukoll il-“line honours” fiż-żewġ tlielaq.

Fit-tieni post overall spiċċa l-jott tal-Jarhead Young Sailors Foundation – Jarhead – li kien immexxi minn Gary Mercieca filwaqt li Mario Sant, li kkompeta bil-jott Time Out, ukoll ikkummenta fuq il-kundizzjonijiet diffiċli.

Fil-Klassi tal-Cruisers, Janissah ta’ Mario Debono għamlet comeback b’saħħita. It-tim kien magħmul minn taħlita ta’ baħħara b’esperjenza u oħrajn li kienu qed jieħdu sehem għall-ewwel darba.

Debutt għal Mareamore, jott li kien qed jikkompeti double handed minn Ugo Vinti u Federico Saccani fejn rebħu l-Klassi RMYC Cruisers.