Internazzjonali

Kananaskis tilqa’ s-summit tal-G7 fost tensjonijiet globali

Din il-ġimgħa, ir-raħal ċkejken ta' Kananaskis se jospita s-summit tal-G7 fejn se jkunu qed jiġu diskussi diversi temi, fosthom il-kunflitt bejn Iżrael u l-Iran. Il-mexxejja qed isejħu għal de-eskalazzjoni fil-Lvant Nofsani.

Din il-ġimgħa, ir-raħal ċkejken Kanadiż ta’ Kananaskis se jospita s-summit tal-G7 fejn se jkunu qed jiġu diskussi diversi temi, fosthom il-kunflitt bejn Iżrael u l-Iran. Il-mexxejja qed isejħu għat-tmiem tal-gwerra fil-Lvant Nofsani.

Dan ir-raħal żgħir b’popolazzjoni ta’ ftit aktar minn 130 persuna, sar iċ-ċentru temporanju tad-diplomazija globali.

L-attenzjoni waqt din il-laqgħa se tkun kollha fuq il-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Dan filwaqt li l-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky u l-President tal-Afrika ta’ Isfel, Ramaphosa, se jkunu qed jattendu bħala mistednin speċjali.

L-organizzaturi Kanadiżi huma mistennija li jevitaw li joħorġu l-komunikat konġunt tradizzjonali fil-konklużjoni tas-summit, sabiex jipprevjenu nuqqas ta’ qbil fil-pubbliku. Din id-deċiżjoni qed tfakkar fl-aħħar żjara ta’ Trump fil-G7 tal-Kanada fl-2018, meta kien qatta’ l-ftehim finali fil-vjaġġ tiegħu lura lejn l-Amerika.