Lokali

Kunċert mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija

Fl-okkażjoni tal-105 snin Anniversarju mit-Twaqqif tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija, il-Banda se
ttella’ kunċert vokali u strumentali fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta.

“The Grand Anniversary Concert – 2nd Edition”, se jittella’ nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Ġunju, 2025,
fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija (2030hrs), taħt id-direzzjoni tad-Direttur tal-Banda, Maestro
Anthony Cassar. Mistiedna speċjali, it-Tenur Internazzjonali Gabriel Arce mill-Arġentina,
flimkien mas-Soprana Maltija Claire Caruana. Jieħdu sehem ukoll il-Kor Attar u l-Pipes Band u
l-Corps of Drums tal-Korp tal-Pulizija.

Il-kunċert se jsir taħt il-patronċinju tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, b’risq
il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Bookings għal dan il-kunċert minn fuq is-sit elettroniku : https://booking.teatrumanoel.mt