L-Intelligence tas-Servizzi Sigrieti tal-MI6, se tkun qed titmexxa għall-ewwel darba fil-116-il sena storja. Blaise Metreweli, li ngħaqdet mas-Servizzi Sigrieti lura fl-1999, se tkun it-18-il kap tal-organizzazzjoni. Preżentament hija responsabbli mit-teknoloġija u l-innovazzjoni tal-intelligence u esprimiet is-sodisfazzjon u s-sens ta’ kburija li ċertament qed iġorr f’dawn il-jiem.
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Sir Keir Starmer, iddeskriva din il-ħatra bħala waħda storika u waħda vitali għall-futur tas-servizzi sigrieti.
L-għan ewlieni tal-MI6 hija sabiex tinġabar l-intelligence neċessarju minn barra r-Renju Unit bil-għan li s-sigurtà tal-pajjiż tissaħħaħ kemm jista’ jkun – ċioè ħidma sfieqa kontra t-terroriżmu u t-tisħieħ tas-cyber security.
//= $special ?>