Sport

Malta fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Judo

Malta pparteċipat fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Judo organizzati f’Budapest, mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo. Malta hija rappreżentata mill-judokas Katryna Esposito u James Zahra .

F’pool A mill-Kategorija 48 kilo, Katryna Esposito sfat eliminata fir-rawnd tat-32 minn Narantsetsg Gambaatoryn tal-Mongolja. Il-midalja tad-deheb f’din il-kategorija ntrebħet minn Assunta Scutto tal-Italja.

James Zahra kkompeta fil-kategorija 60 kilo fejn f’Pool D tilef kontra Marton Andriasi tal-Ungerija li eventwalment, fil-proċess tal-kompeizzjoni, rebaħ il-midalja tal-Bronz.

Qabel il-ftuħ tal-Kampjonat tad-Dinja, il-Federazzjoni Internazzjoali tal-Judo organizzat il-Kungress Annwali li matulu Marius Vizer kien ikkonfermat bħala President għas-sitt terminu. Malta kienet rappreżentata minn Envic Galea u Louisa Galea, President u Segretarju Generali, rispettivamen, tal-Malta Judo Association.