Raġel ta’ 42 sena, li jinsab bla xogħol, tressaq il-Qorti t-Tnejn wara li allegatament ta daqqa lil zijuh għax dan irrifjuta jagħtih il-flus biex jixtri d-droga. Ir-raġel, minn Bormla, ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi lill- zijuh, heddu u insulentah, kif ukoll li kiser ordni ta’ probation. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
Id-dettalji dwar l-arrest ma ħarġux fil-Qorti imma sorsi jirriżulta li s-Sbt li għadda, l-akkużat talab il-flus mingħand in-nanna tiegħu biex isostni l-vizzju tad-droga tiegħu. Żijuh intervjena, u meta rrifjuta jagħtih il-flus, in-neputi ta daqqa lilu, u kkawżalu ġrieħi f’wiċċu li ġew iċċertifikati bħala gravi. Il-vittma għadu qed jirċievi kura l-Isptar Mater Dei.
Matul il-ġlieda, l-akkużat kiser ukoll driegħu. L-avukata Yanika Bugeja ma għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju, peress li l-akkużat jgħix ma’ xhud tal-prosekuzzjoni. Il-Qorti ġiet mitluba tistieden lill-omm l-akkużat tixhed fis-seduta li jmiss.
Il-prosekutur Valentina Cassar talbet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma. Fil-bidu l-Qorti qalet li, peress li l-akkużat se jkun fil-ħabs għalissa, ma kien hemmx bżonn toħroġ tali ordni. Iżda dan inbidel wara li l-Maġistrat Astrid May Grima ġiet infurmata li l-vittma kien iż-ziu tal-akkużat. Għalhekk, ġiet maħruġa ordni ta’ protezzjoni. L-akkużat ġie miżmum taħt arrest preventiv.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukat Valentina Cassar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistita mill-Ispettur Audrey Miallef. L-avukata Yanika Bugeja, dehret għall-akkużat.
//= $special ?>