Futbol Sport

Punt kull wieħed għal Palmeiras u Porto


Palmeiras……………………….0

Porto………………………………0

Palmeiras: Weverton, A. Giay, G. Gomes, M. Murilo, F. Anderson (Paulinho 64’), R. Rios (L. Evangelista 88’), A. Moreno, J. Piquerez, E. Willian (Allan 65’), Mauricio (R. Veiga 65’), V. Roque (F. Lopez 77’)

Porto: C. Ramos, M. Fernandes, Z. Pedro, I. Marcano, J. Mario (N. Perez 77’), A. Varela (T. Perez 82’), G. Veiga (Pepe 67’), F. Moura, F. Viera (A. Franco 82’), R. Mora (S. Eustaquio 77’), S. Aghehowa

Referee: Hector Said Martinez Sorto (Honduras)

Draw ta’ mingħajr gowls bejn Palmeiras tal-Brażil u Porto tal-Portugall. L-ewwel taqsima kienet waħda bilanċjata b’azzjonijiet fuq iż-żewġ naħat biż-żewġ gowlkipers rispettivi jkunu strumentali sabiex iżommu l-iskor 0-0.

Lejn tmiem l-ewwel taqsima, Palmeiras b’ċans tajjeb li jmorru fil-vantaġġ iżda ż-żewġ tentattivi ta’ Estevao Willian kienu salvati minn Claudio Ramos u t-tieni tentattivi kien imtajjar minn fuq il-linja mid-difensuri ta’ Porto.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess, b’Pameiras iżda jersqu l-aktar qrib li jmorru fil-vantaġġ iżda reġa’ kien Ramos li kien strumentali biex żamm lit-tim tiegħu fil-partita.