Futbol Sport

Salernitana jitolbu li t-tieni leg tal-play-out ikun pospost minħabba food poisoning

It-tim ta’ Salernitana qed jitolbu li t-tieni leg tal-play-out li se jintlagħab nhar il-Ġimgħa kontra Sampdoria għal min se jżomm postu fis-Serie B fl-istaġun li ġej ikun pospost għal data oħra minħabba li bosta plejers u membri tal-istaff idaħħlu l-isptar minħabba food poisoning.

Salernitana għamlu din it-talba wara li 21 persuna ħassewhom ma jifilħux wara l-ewwel leg tal-Ħadd filgħaxija fejn Sampdoria rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Is-CEO tal-klabb Maurizio Milan qal li l-klabb jinsab maħsud għal mod kif ġraw l-affarijiet fl-aktar mument kruċjali tal-istaġun.

Il-klabb talab ukoll li tinfetaħ investigazzjoni sabiex ikun stabbilit xi seta’ kkawża dan. Salernitana kellhom jilagħbu din il-play-out kontra Frosinone iżda wara li lil Brescia tnaqqsulhom erba’ punti minħabba problemi finanzjarji fisser li huma ġew relegati minflok Sampdoria li minn naħa tagħhom qed jilagħbu l-play-out.