Tim Sport Partit Nazzjonalista tixtieq tesprimi l-apprezzament u r-rikonoxximent tagħha lejn Bernard Grech għall-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bil-President ta’ TIM Sport PN, Andre Muscat, jgħaddi l-messaġġ tiegħu.
Kemm dam Kap tal-PN, Bernard Grech wera tmexxija b’sens qawwi ta’ responsabbiltà, valuri sodi u rispett lejn kull membru tal-Partit u l-komunità. B’mod partikolari, Tim Sport PN tirrikonoxxi l-appoġġ li dejjem taha Bernard Grech tul il-ħames snin li ilu Kap tal-Partit Nazzjonalista, li matulhom dejjem wera interess ġenwin fil-promozzjoni tal-isport u l-għaqda fost l-isportivi.
Bernard Grech wera li l-politika tista’ titmexxa b’dinjità u impenn lejn is-servizz pubbliku.
Għaldaqstant, Tim Sport Partit Nazzjonalista apprezza bis-sħiħ il-kontribut tiegħu, u nwgurawlu kull suċċess fil-ħidma futura tiegħu.
Grazzi, Bernard Grech.
//= $special ?>