L-investigaturi irnexxielhom jirrkupraw ir-recording tal-cockpit mill-ajruplan tal-Air India, il-Boeing 787-8 Dreamliner li ftit tal-jiem ilu ġġarraf fuq il-bini fl-Indja inqas minn minuta wara li kien għadu kemm telaq mill-ajruport tal-belt ta’ Ahmedabad fuq titjira lejn Londra.
Dan l-awdjo jinkludi wkoll il-konverżazzjoni bejn il-bdoti, allarmi kif ukoll ħsejjes oħrajn – diskursati kruċjali sabiex l-investigaturi jaslu għal kawża preċiża ta’ x’wassal għal dan it-tiġrif li fih tilfu ħajjithom tal-inqas 270 persuna – fil-maġġorparti tagħhom passiġġieri abbord l-ajruplan.
F’dawn l-investigazzjonijiet qed jagħtu s-sehem tagħhom ukoll skwadri mill-Istati Uniti kif ukoll mir-Renju Unit.
It-tiġrif seħħ f’inqas minn minuta wara li l-ajruplan beda l-vjaġġ tiegħu lejn ir-Renju Unit….bl-ajruplan jiġġarraf ma’ binja fejn kienu jirrisjedu tobba tal-Kulleġġ u l-isptar taż-żona.
Filwaqt li 241 passiġġier tilfu ħajjithom, fejn salvat persuna waħda biss abbord….s’issa 90 minnhom ġew identifikati permeżż tat-testijiet tad-DNA – b’47 mejtin oħrajn jintbgħatu lil qraba tagħhom sabiex jingħataw difna xierqa.
//= $special ?>