Kmieni dalgħodu, f’Paceville, komplew l-investigazzjonijiet sabiex jiġi stabbilit x’ġara eżatt nhar l-Erbgħa meta kkrollat binja biswit sit ta’ kostruzzjoni.
Net News kien preżenti f’Paceville kmieni dalgħodu, u segwa l-investigazzjoni li għaddejja. Fi kliem il-Kamra tal-Periti, jidher li għadhom ma waslux għal konkluzjoni ċara dwar x’wassal sabiex il-bini jiġġarraf.
Apparti minn hekk, fil-post issa se jibda t-tindif biex jitneħħa t-terrapien u l-bricks li waqgħu wara li kkrollat il-binja.
Jirriżulta li f’dan is-sit ma kienx għaddej skavar. Iżda fil-ġimgħat li għaddew kien qed isir xogħol li permezz tiegħu twaqqa’ l-bini li kien hemm fi Triq Paceville kantuniera ma’ Triq Gort.
//= $special ?>