Botafogo…………………………….2
Seattle Sounders…………………1
Botafogo: J. Victor, Vitinho, J. Cunha, A. Barboza, A. Telles (L. Cuiabano 70’), Artur, M. Freitas (Danilo 86’), Gregore, J. Savarino (A. Cabral 70’), G. Mastriani (J. Correa 46’), I. Jesus (S. Rodriguez 86’)
Seattle Sounders: S. Frei, A. Roldan, K. Kim (J. Bell 46’), J. Ragen, N. Tolo (R. Baker-Whiting 46’), C. Roldan, O. Vargas, J. Ferreira (P. De la Vega 71’), A. Rusnak, R. Kent (P. Rothrock 71’), D. Musovksi (O. De Rosario 84’)
Referee: Glenn Nyberg (Żvezja)
Bidu mill-aqwa għal Botafogo meta kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Seattle Sounders. Kienu Seattle Sounders li ħolqu l-ewwel periklu meta x-xutt ta’ Alex Roldan għadda ftit għoli. Botafogo daħlu aktar fil-partita u ħolqu numru ta’ okkażjonijiet perikolużi.
Huma marru fil-vantaġġ fit-28 minuta meta minn freekick preċiż ta’ Alex Telles, kien Jair Cunha li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Stefan Frei għal 1-0. It-tim mill-Brażil irdoppja qabel il-mistrieħ meta f’azzjoni tajba maħduma fuq il-lemin, mill-cross ta’ Vitinho, kien Igor Jesus li b’daqqa ta’ ras għamilhom 2-0.
Fit-tieni taqsima, Seattle Sounders ħarġu aktar fuq l-offensiva u daħlu fil-partita fl-74 minuta meta minn cross minn fuq ix-xellug kien Cristian Roldan li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun devjata għal ġewwa.
Minkejja dan, Botafogo rnexxielhom iżommu l-iskor sat-tmiem għal rebħa importanti, hekk kif issa fil-partita li jmiss nhar il-Ġimgħa jilagħbu kontra PSG filwaqt li Seattle Sounders jilagħbu kontra Atletico Madrid.
//= $special ?>