Lokali

Dokument ta’ opinjoni ta’ CONG b’rabta mal-proposta għal-leġiżlazzjoni favur ewtanasja volontarja assistita

Il-pożizzjoni tagħna fil-qosor, Christ Our Neighbour Group (CONG) huwa kontra l-introduzzjoni tal-ewtanasja volontarja imma favur kura paljattiva komprensiva.

  • Argumenti kontra l-Ewtanasja:
    o Il-ħajja hija sagra: CONG iħaddan it-twemmin tal-Knisja Kattolika Rumana li l-ewtanasja hija moralment ħażina, għax il-ħajja hija don ta’ Alla.
  • Argumenti favur l-ewtanasja li ma jreġux:
    ▪ Ġismi huwa tiegħi u nagħmel bih li rrid: Għal CONG dan ir-raġunament huwa żbaljat. Li kieku nirraġunaw hekk, l-ewtanasja tkun tista’ tiġi amministrata, tkun xi tkun ir-raġuni. Dan imur kontra l-proposta tal-gvern li jillimitaha għal mard terminali.
    ▪ Biża’ mill-mewt: CONG jemmen li l-biża’ huwa fenomenu naturali u li l-mewt b’dinjità mhijiex ewtanasja volontarja. Nisħqu bil-qawwa kollha li kura paljattiva kif imiss, kapaċi toħloq il-konfort u d-dinjità meħtieġa fiċ-ċirkustanzi.
    o Il-Kura Paljattiva: CONG jemmen li din għandha tingħata importanza assoluta, u li għandu jsir minn kollox biex dan is-servizz f’pajjiżna jitjieb, sewwa sew kif titlob l-Istrateġija Nazzjonali għall-Kura Paljattiva għal Malta 2025-2035.
    o Kura Paljattiva batuta: CONG jinnota li hemm nuqqasijiet serji f’dan il-qasam bħalissa, u jsostni li qabel ma wieħed jikkunsidra l-ewtanasja, għandhom l-ewwel jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet.
    o Ideat żbaljati dwar il-kura paljattiva: CONG jagħmilha ċara li mediċinali bħal morfina, maħsuba biex itaffu t-tbatija huma moralment aċċettabbli għall-Knisja Kattolika, fuq il-prinċipju tad-Double Effect.
    o Id-definizzjoni ta’ Mard Terminali: Ninsabu mħassbin ħafna dwar kemm wieħed jista’ jgħid b’ċertezza kemm pazjent b’marda terminali huwa mistenni li jgħix, sabiex dan ikun eliġibbli għall-ewtanasja.
    o L-istat mentali tal-individwu: Aħna għandna dubji serji dwar kemm individwu, li jkun għadu kif ħa l-aħbar li għandu marda terminali, u li qed jirċievi l-kura għaliha, huwa kapaċi jagħmel deċiżjonijiet infurmati.
    o Kwistjonijiet ta’ Kuxjenza: CONG għandu dubju dwar kemm il-professjonisti tas-saħħa huma obbligati li jirreferu pazjent għall-ewtanasja, għax din tista’ tiġi mifhuma bħala li qegħdin ikunu mġiegħla jgħinuh f’din id-direzzjoni.
    o Fi stħarriġ li sar dan l-aħħar, instab li 54% ta’ dawk li ħadu sehem huma kontra l-introduzzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni.