Fluminese ………. 0
Dortmund ……… 0
Fluminese: Fabio, S.Xavier, T.Silva, J.Freytes, Rene, Hercules, Nonato, M.Martinelli, J.Arias, Everaldo, A.Canobbio
Dortmund: G.Kobel, R.Bensebaini, W.Anton, N.Sule, J.Ryerson, M.Sabitzer, P.Gros, D.Svensson, J.Brandt, K.Adeyemi, S.Guirassy
Referee: I.Tantashev
F’MetLife Stadium fi New York, draw ta’ mingħajr gowls bejn il-Brażiljani Fluminese u t-tim Ġermaniż Borussia Dortmund.
Minkejja dan probabbilment it-tim Brażiljan jħoss li l-prestazzjoni tiegħu kienet biżżejjed biex jirbħu l-partita hekk kif kienu l-aktar tim li impressjona f’din il-partita. It-tim Brażiljan kien veloċi u dinamiku fl-attakki tiegħu, partikolarment permezz taż-żewġ attakkanti Jhon Arias u Agustin Canobbia.
Fluminese resqu viċin b’tentattivi ta’ Arias, Marintelli u Hecules, liema xuttijiet mandakollu ma rnexxielomx isibu x-xibka.
L-aqwa mument tal-partita għal Dortmund wasal fl-ewwel taqsima meta Karim Adeyemi għadda tajjeb mal-linja xellugija, bil-cross tiegħu isib lil Srhous Guirassy li ma rnexxielux jitfa’ fix-xibka.
Intant f’din il-partita iddebbutta wkoll Jobe Belllingham għal Dortmund wara t-trasferiment tiegħu mingħand Sunderland.
//= $special ?>