L-MTV ħabbret li Ella Henderson se tkun l-aħħar headliner għal Isle of MTV Malta 2025. Il-festival se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana fit-15 ta’ Lulju, bil-parteċipazzjoni tal-headliners ALOK u Damiano David. Se tieħu sehem ukoll il-kantanta Maltija Miriana Conte.
B’aktar minn 3 biljun stream u 10 singles fit-Top 10 tar-Renju Unit, il-mużiċista Britannika Ella Henderson kisbet suċċess kbir matul il-karriera tagħha. Sa minn meta bdiet fix-xena mużikali globali bid-debutt #1 tagħha “Ghost”, Ella ġiet nominata għal 4 BRIT Awards u Ivor Novello. Hija ħadmet ma’ xi wħud mill-akbar artisti fid-dinja fosthom David Guetta, Becky Hill, Rudimental, Jax Jones, u l-headliner ieħor ta’ Isle of MTV, Alok. Minbarra l-wirja tagħha f’Isle of MTV Malta, Ella se tkun ukoll headliner f’diversi festivals fir-Renju Unit dan is-sajf, u se tingħaqad ma’ OneRepublic għat-tour Ewropew tagħhom aktar tard din is-sena.
Il-kantanta Maltija Miriana Conte, li wkoll se tieħu sehem f’dan il-kunċert, hija magħrufa għall-prestazzjonijiet tagħha elettriċi li jisfidaw il-limiti kemm vokalment kif ukoll viżwalment. Riċentement, Miriana rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest, fejn il-kanzunetta tagħha “Serving Kant” saret sensazzjoni virali.
Matul is-16-il edizzjonijiet tal-Isle of MTV, dawn il-kunċerti attira għexieren ta’ eluf ta’ partitarji tal-mużika kull sena Fuq il-Fosos biex igawdu wirjiet spettakolari minn uħud mill-akbar stilel tad-dinja, fosthom Alesso, Ava Max, David Guetta, Jessie J, Lady Gaga, Marshmello, Martin Garrix, N.E.R.D, Nelly Furtado, OneRepublic, RAYE, Rita Ora, Scissor Sisters, Snoop Dogg, u Tom Grennan.
L-avveniment se jixxandar fuq MTV internazzjonalment fit-13 ta’ Settembru f’aktar minn 150 pajjiż, u se jixxandar live fuq il-midja soċjali ta’ @MTV kif ukoll fuq Pluto TV fil-15 ta’ Lulju. Barra minn hekk, il-wirja se tkun disponibbli on-demand fuq Paramount+ f’data aktar tard.
Il-festival jagħmel parti minn Isle of MTV Malta Music Week, ġimgħa ta’ club nights u parties f’diversi postijiet popolari madwar il-gżira bejn il-15 u l-20 ta’ Lulju.
Biljetti għal Isle of MTV Malta jistgħu jinxtraw fuq www.isleofmtv.com.
