Boca Juniors……………….2
Benfica………………………2
Boca Juniors: A. Marchesin, L. Advincula, J. Figal, A. Costa, L. Blanco, A. Herrera (T. Belmonte 20’), R. Battaglia, K. Zenon, A. Velasco (M. Gimenez 58’), C. Palacios (W. Alarcon 65’), M. Merentiel (E. Zebailos 65’)
Benfica: A. Trubin, S. Dahl (A. Belotti 46’), A. Silva, N. Otamendi, F. Aursnes, F. Luis (L. Barreiro 90’), R. Sanches (O. Kokcu 61’), A. Di Maria (G. Prestianni 77’), V. Pavlidis, Bruma (K. Akturkoglu 61’)
Referee: Cesar Arturo Ramos Palazuelos (Messiku)
F’waħda mill-isbaħ partiti s’issa, Boca Juniors u Benfica temmew fi draw ta’ 2-2 f’partita li fiha rajna wkoll tliet tkeċċijiet.
Boca Juniors marru fil-vantaġġ wara 21 minuta meta minn cross fil-baxx ta’ Lautaro Blanco, kien Miguel Merentiel li xellef għal wara Anatoliy Trubin.
It-tim minn l-Arġentina rdoppja sitt minuti wara, meta corner mix-xellug ta’ Kevin Zenon sab lil Ayrton Costa li niżżel bir-ras lejn Rodrigo Battaglia li mill-viċin ma żbaljax.
L-ewwel tkeċċija tal-partita waslet eżatt qabel il-mistrieħ meta tkeċċa Ander Herrera għal Boca Juniors. Ftit tal-ħin wara, Benfica daħlu fil-partita permezz ta’ penalty mogħti u skorjat minn Angel Di Maria.
Fit-tieni taqsima r-ritmu ma naqasx u ż-żewġ timijiet sfaw jilagħbu b’għaxra meta fis-70 minuta tkeċċa Andrea Belotti għal Benfica. Minkejja dan, Benfica xorta ġabu l-iskor indaqs, meta kien corner tas-sostitut Orkun Kokcu li sab lil Nicolas Otamendi li għola bir-ras u għamel l-iskor 2-2.
Lejn it-tmiem, Boca Juniors kellhom plejer ieħor imkeċċi meta tkeċċa Jorge Figal.
//= $special ?>