Flamengo……………….2
Esperance……………….0
Flamengo: A. Rossi, G. Varela, L. Pereira, L. Ortiz, A. Lucas, E. Pulgar, Jorginho (Allan 74’), Gerson (G. Plata 64’), G. de Arrascaeta (Michael 74’), L. Araujo (Everton 90’), Pedro (B. Henrique Pinto 64’)
Esperance: B. Ben Said, M. Ben Ali (R. Bouchniba 85’), M. Tougai, Y. Meriah, A. Ben Hmida, K. Guenichi (M. Wael Derbali 75’), O. Ogbelu, Y Sasse (E. Mokwana 46’), C. Jebali (A. Konate 46’), Y. Belaili, R. Rodrigues (A. Jabri 75’)
Referee: Danny Makkelie (Olanda)
Gowl f’kull taqsima kienu biżżejjed biex minn Grupp D, Flamengo għelbu lil Esperance bl-iskor ta’ 2-0.
Flamengo marru fil-vantaġġ wara 17-il minuta, cross mil-lemin ta’ Guillermo Varela, Luiz Araujo niżżel lejn Giorgian de Arrascaeta li kkonkluda mill-viċin.
Flamengo baqgħu jkunu perikolużi iżda Esperance bdew jikbru fil-partita fit-tieni taqsima.
Kontra x-xejra tal-logħob kien Flamengo li skorjaw it-tieni gowl fis-70 minuta meta kien Luiz Arajo li b’konklużjoni preċiża minn pożizzjoni angolata għamilhom 2-0.
//= $special ?>