Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Ir-Re tal-Ġordan fi Strasburgu għal taħditiet mal-President Metsola biex tinsab triq għall-paċi

Hekk kif bħalissa l-Ġordan jinsab maqbud fil-qalba tal-kriżi fil-Lvant Nofsani, b’dak li għaddej f’Gaża u issa bl-attakki bil-missili bejn Iżrael u l-Iran, ir-Re tal-Ġordan ivvjaġġa lejn Strasburgu għal laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola biex flimkien jippruvaw isibu triq li twassal għall-paċi.

F’diskors fil-plenarja, Metsola saħqet dwar ir-rwol kruċjali li qed ikollu l-Ġordan biex ikun hemm stabbiltà fir-reġjun, fl-appoġġ li qed jagħti lill-isforzi umanitarji, u fl-avvanz ta’ inizjattivi ta’ paċi, speċjalment fid-dawl ta’ sejħiet reċenti tal-G7 kontra l-iżvilupp ta’ armi nukleari Iranjani.

F’isem il-Parlament Ewropew, il-President Metsola faħħret id-dedikazzjoni tal-Ġordan.

Il-laqgħa tar-Re Abdullah issegwi sensiela ta’ diskussjonijiet li saru bejn il-President Metsola u r-Re tal-Ġordan, li ffokaw fuq l-isforzi lejn paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani.