Internazzjonali

It-tabib ta’ Matthew Perry li pprovdielu l-ketamina jammetti l-ħtija

It-tabib li pprovda ketamina lil Matthew Perry fix-xhur ta’ qabel mewtu, se jwieġeb ħati.

Salvador Plasencia, tabib fl-Istat ta’ California, se jwieġeb għal erba’ akkużi ta’ distribuzzjoni ta’ ketamina –akkużi li jistgħu jwassluh għal massimu ta’ 40 sena ħabs. Skont il-prosekuzzjoni federali, hu kien fost iż-żewġ persuni ewlenin taħt investigazzjoni wara li tlieta oħra, inkluż tabib ieħor, qablu li kkoperaw fid-distribuzzjoni.

Matthew Perry, magħruf bħala Chandler fis-serje Friends, instab mejjet f’Ottubru tal-2023. L-awtopsja kkonfermat li kien ħa doża fatali ta’ ketamina.

L-unika persuna mill-ħamsa akkużati li għadha ma għamlitx plea deal, hija Jasmine Sangha, li allegatament ipprovdiet id-doża fatali. Hija mistennija tidħol il-qorti f’Awwissu.

Perry, li kellu 54 sena, kien ilu jissielet mal-vizzji sa minn żmien It-tabib ta’ Matthew Perry li pprovda ketamina lill-istilla jaqbel li jammetti l-ħtija, fejn kien sar wieħed mill-aktar atturi maħbubin ta’ ġenerazzjoni sħiħa.