Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “L-intelliġenza artifiċjali taf tassistina aktar minn kemm qed nużawha” – Alexiei Dingli

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu mal-Professur Alexiei Dingli. Mal-profil se nkunu qed nitħaddtu dwar it-tfulija tiegħu, dak li ressqu lejn il-politika u kif ukoll lejn l-intelliġenza artifiċjali.

Il-profil se jkun qiegħed jidħol fid-dettall dwar in-namur lejn dan kollu. L-esperjenzi tiegħu anki meta kien student l-Ingilterra u fuq kollox l-imħabba lejn il-kapitali u lejn il-familja.

“Illum il-Kunsilli tilfu s-saħħa li xi darba kellhom.”

PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.