Futbol Sport

Rebħa komda għal River Plate fuq Urawa Red Diamonds

River Plate ……………….. 3

Urawa Red Diamonds … 1

River Plate: F.Armani, G.Montiel, G.Pezzella, L.Quarta, M.Acuna, I.Fernandez, E.Perez, K.Castano, F.Mastantuono, S.Driussi, F.Colidio

Urawa Red Diamonds: S.Nishikawa, H.Ishihara, D.Boza, M.Hoibraten, Y.Naganuma, S.Gustafson, K.Yasui, T.Kaneko, M.Savio, R.Watanabe, Y.Matsuo

Referee: F.Zwayer

F’Lumen Field f’Seattle, rebħa komda għal River Plate fuq Urawa Red Diamonds tal-Ġappun bl-iskor ta’ 3-1.

Kienu l-Arġentini River Plate li fetħu l-iskor fit-12-il minuta b’gowl ta’ Fcundo Colidio fuq inseriment ta’ Marcos Acuna. River Plate irdoppjaw mal-ftuħ tat-tieni taqsima meta din id-darba kien Sebastian Driussi li kkonkluda wara Nishikawa.

Urawa Red Diamonds naqqsu l-iskor fit-58 minuta minn penalty mogħti u skorjat permezz ta’ Yusuke Matsuo. River Plate għalqu l-partita u assiguraw mir-rebħ fit-73 minuta b’gowl ta’ Maximiliano Meza.

F’din il-partita bosta setgħu ukoll jaraw l-akkwist il-ġdid ta’ Real Madrid Franco Mastantuono li se jkun qed jissieħeb lit-tim Spanjol wara din il-kompetizzjoni, fejn mistenni jkun parti integrali mill-iskwadra ta’ Xabi Alonso.