Permezz ta’ post fuq Facebook, il-paġna Get Out and Kayak sostniet li t-Tieqa tal-Munxar f’Marsaskala taf iċċedi.
Huma sostnew li dan hu ta’ riskju enormi għal dawk kollha li jesploraw il-kosta.
Il-paġa qalu li l-arkata hija mkissra serjament, b’biċċiet kbar diġà mġarrfa u xquq vertikali fondi viżibbli. Huma qalu li fl-opinjoni tagħhom, din il-formazzjoni naturali tinsab fil-punt ta’ kollass totali. Anke jekk xi ħadd joqgħod taħtha jew li tbaħħar minn ġo fiha huwa estremament perikoluż.
Huma qed jgħidu lil kulħadd biex jibqa’ ‘l bogħod mill-arkata kemm jekk ikunu qed jaqdfu, jimxu, jew jankraw fil-qrib.
//= $special ?>