Splużjonijiet instemgħu madwar Tel Aviv u Ġerusalem kmieni t-Tlieta filgħodu, hekk kif skont il-militar Iżraeljan nieda mewġa ta’ missili fuq l-Iran.
Intant dawn l-attki saru wara li Donald Trump telaq mis-Summit ta’ G7 kmieni, propju ftit wara li avża lill-Iranjani biex jevakwaw minn Tehran, il-belt kapitali tal-Iran.
Trump sostna li hu ma telaqx kmieni minħabba diskussjonijiet dwar waqfien mill-ġlied, dan bi tweġiba għal kummenti tal-President Franċiż Emmanuel Macron.
Kawża ta’ dan l-appell ta’ evakwazzjoni, jidher illi hemm traffiku kbir f’Tehran… b’għadd ta’ nies jistaqsu kif hu possibbli biex 10 miljun persuna jevakwaw mill-belt.
L-Iran u Iżrael issa daħlu fil-ħames jum ta’ kunflitt, bil-midja tal-Iran tirrapporta splużjonijiet u ġlied f’Tehran matul il-lejl… inkluż attakk fuq stazzjon tal-istat Iranjan fejn inqatlu tliet persuni.
//= $special ?>