“Uliedna jissalbu biex jixtru appartament u tispiċċa tintradam…aħjar tirranġaw is-sitwazzjoni flok twaħħlu f’dak u l-ieħor”
Din kienet ir-reazzjoni għall-kummenti li għamel id-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis wara t-traġedja ta’ Paceville – hekk kif ħareġ jattakka lill-Kamra tal-Periti b’diversi domandi retoriċi u stqarrijiet malafamanti.
It-Tnejn, il-backbencher tal-Labour għażel li qabel imur fil-Parlament iħarbex disa’ sentenzi fuq Facebook jattakka lill-Kamra, li s’issa wriet koperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet konċernati b’rabta mal-inċident tat-tiġrif tal-binja fil-qalba ta’ Paceville – tiġrif li potenzjalment seta’ kellu konsegwenzi traġiċi.
Zammit Lewis staqsa għalfejn il-Kamra tal-Periti insistiet li ma sarx skavar fejn waqgħet il-binja u ddeskriva din l-istqarrija bħala waħda bla sens. Zammit Lewis insista li kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed
Wara t-traġedja ta’ Paceville…il-Kamra tal-Ġeoloġiċi iddeskriviet din is-sitwazzjoni bħala diżastru nazzjonali. Dan filwaqt li l-Kamra tal-Kummerċ sostniet li s-sistema mhux taħdem u li l-falliment fil-proċess tas-settur tal-kostruzzjoni qed ipoġġi l-ħajja tan-nies u r-reputazzjoni ta’ Malta f’riskju kbir.
Taħt il-post ta’ Zammit Lewis, bosta fakkruh kif dan il-Gvern irid jerfa’ r-responsabbilta għal dan it-tiġrif….u mhux iwaħħal f’dak u l-ieħor. Dan apparti li kien hemm wkoll bosta kummenti li fakkru kif kien propju perit li salva ‘l fuq minn 30 ħajja.
Fil-kummenti, in-nies insistew ma’ Zammit Lewis li lill-poplu mhux dejquh… imma xebbawh.
“Fi hwejgek, u ma tistax toqghod bi kwietek. Tinsewx li mhux kulhadd jghix fil-vilel ‘secluded’. Issa ndunajtu li mdejjaq il-bniedem wara li rrovinajtu kull m’hawn. Qridtuh pajjiz! X’ma jkunx hawn anzjeta u ‘depression’. Kull fejn thares konkos u bricks !”
Xi ħadd kiteb li meta tkun f’darek fil-kwiet, kapaċi jikkrolla bini u tispiċċa bla saqaf fuq rasek.
Dan filwaqt li partitarju Laburista ieħor kitiblu, paroli biss, fatti xejn.
//= $special ?>