L-alleanza kontroversjali bejn ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq qed tkompli tippersisti. Dan hekk kif id-dittatur Kim Jong-un wiegħed li jibgħat 6,000 ħaddiem fis-settur tal-kostruzzjoni lejn ir-Russja biex jirrestawraw l-infrastruttura fir-reġjun ta’ Kursk.
Il-Korea t’Isfel u l-Ġappun ikkundannaw din l-azzjoni, u ddeskrivew din l-assistenza bħala vjolazzjoni tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.
Hemm suspetti li dan il-pjan huwa biss ħabi għal pjanijiet oħra, li kienu diskussi bejn Kim Jong-un, u l-Ministru tad-Difiża tar-Russja, Sergei Shoigu.
//= $special ?>