Xejn anqas minn 800 rapport ta’ vjolenza domestika saru lill-Korp tal-Pulizija bejn Jannar u l-20 ta’ Mejju ta’ din is-sena.
Din l-nformazzjoni ngħatat fi tweġiba għal mistoqsia parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentar, u wkoll kemm minn dawn ir-rapporti ġew riċevuti mill-helpline.
It-tweġiba ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri.
//= $special ?>