Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) tirringrazzja lil Bernard Grech għall-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista matul dawn l-aħħar ħames snin.
Kemm dam imexxi lill-PN, Bernard Grech wera impenn biex il-Maltin u l-Għawdxin igawdu minn kwalità tal-ħajja aħjar kemm bħala ħaddiema, individwi u anke familji.
Il-President tal-SĦPN, Mauro Miceli, qal fi stqarrija li l-kontribut tiegħu fil-ħajja politika ta’ pajjiżna huwa wieħed li jibqa’ mfaħħar, u nixtiqulu kull suċċess fil-passi li jmiss fil-ħajja personali u professjonali tiegħu.