Wara żewġ staġuni u nofs ma’ Marsaxlokk, Ryan Scicluna se jkun qed iħalli l-klabb u mistenni jibda avventura ġdida ma’ klabb fil-Malta Premier.
Il-midfielder internazzjonali Malti, se jkun qed iħalli lit-tim Xlukkajr wara esperjenza sabiħa li matulha hu lagħab 64 partita ma’ dan il-klabb, inkluż iż-żewġ partiti li Marsaxlokk lagħbu l-istaġun li għadda fil-UEFA Ewropa Conference League.
B’hekk it-tluq ta’ Scicluna minn ma’ Marsaxlokk se jkun qed ifisser li l-eks plejer ta’ diversi klabbs, fosthom ta’ Birkirkara, se jkun qed iħalli warajh il-faxxa ta’ captain.
Hu mifhum li għal Scicluna, li x-xahar li ġej jagħlaq 32 sena, diġà hemm klabbs mill-Malta Premier, li qed juru interess fl-akkwist tiegħu, iżda l-plejer li lagħab ħames darbiet għat-tim nazzjonali Malti, għadu jrid jieħu deċiżjoni dwar id-destinazzjoni li jmiss tiegħu.
//= $special ?>