Lokali Parlament

Disa’ debit cards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inħarġu b’kollox disa’ debit cards lil seba’ entitajiet taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Robert Abela. Hu kien qiegħed iwieġeb fil-Parlament mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.

Il-Prim Ministru qal ukoll li l-ħruġ ta’ card isir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħu, skont il-proċedura stabbilita. Inqal ukoll li kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi.

Toni Bezzina  staqsa lill-Prim Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card. Staqsa wkoll għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card; u x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card.