Il-President Amerikan Donald Trump qed jikkunsidra numru ta’ passi li jista’ jieħu fil-konfront tal-Iran – inkluż attakk militari. Dan wara li l-Mexxej Suprem Iranjan Ayatollah Ali Khamenei ddikjara li mhux ħa jkun qed iħenn għall-Iżraeljani.
Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw illi sitt ijiem sa mill-bidu tal-gwerra bejn l-Iran u Iżrael, Donald Trump iddikjara li l-Istati Uniti, tista’ tasal li toqtol il-mexxej Iranjan iżda se tkun qed tistenna sabiex tagħmel dan.
Matul illejl, Iżrael fetħu l-attakk tagħhom fuq siti li fihom l-Iranjani jaħżnu l-enerġija nukleari u anke l-missili tagħhom, f’Tehran. Bil-mexxej Suprem Iranjan, Ayatollah Ali Khamenei, jiddikjara li mhux se jkun qed juri ħniena mal-Iżraeljani f’din il-gwerra.
Intant, huma eluf li qed jevakwaw mill-belt kapitali Iranjana Tehran, lejn bliet tal-madwar.
//= $special ?>