Il-President Trump għandu jiffirma Ordni Eżekuttiv biex itawwal iż-żmien qabel tittieħed deċiżjoni dwar il-projbizzjoni ta’ Tiktok fl-Istati Uniti.
Dan ifisser li grazzi għal din l-ordni, TikTok se jibqa’ aċċessibbli għall-Amerikani għal mill-inqas tliet xhur.
Però, dawn l-ordnijiet qed joħolqu f’kunflitt mal-liġi li kien iffirma Joe Biden, il-predeċessur ta’ Trump, illi kien inkwetat dwar possibbiltà ta’ manipulazzjoni politika mill-gvern Ċiniz.
F’April, l-amministrazzjoni ta’ Trump qalet li waslu għal ftehim maċ-Ċina, għal iktar kontroll Amerikan fuq dak li jkun għaddej fl-Istati Uniti.
//= $special ?>