Futbol Sport

Draw fl-ewwel partita għal Xabi Alonso fit-tmexxija ta’ Real Madrid

Real Madrid ……………… 1

Al Hilal ………………….. 1

R.Madrid: T.Courtois, T.Alexander-Arnold, R.Asencio, D.Huijsen, F.Garcia, F.Valverde, A.Tchouameni, J.Bellingham, Rodrygo, G.Garcia, Vini Jr.

Al Hilal: Bono, J.Cancelo, H.Al-Tombakti, K.Koulibaly, R.Lodi, R.Neves, N.Al-Dawsari, Malcolm, S.Milinkovic-Savic, S.Al-Dawsaro, M.Leonardo

Referee: F.Tello Figueroa

F’Hard Rock Stadium, f’Miami, Real Madrid kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Al-Hilal. Għal Real Madrid debutt kemm Trent Alexander Arnold kif ukoll għal Dean Huijsen wara t-trasferimenti tagħhom mingħand Liverpool u Bournemouth rispettivament. L-ewwel partita wkoll għal kowċ Xabi Alonso, li ftit li xejn kien sodisfatt bil-prestazzjoni tat-tim tiegħu.

Kienu Real Madrid li fetħu l-iskor fl-34 minuta meta minn pass ta’ Rodrygo kien Gonzalo Garcia li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Seba’ minuti wara Al-Hilal kisbu d-draw meta din id-darba kien Ruben Neves, li mill-ħdax-il metru ma żbaljax u għamel l-iskor 1-1.

Fl-aħħar minuti tal-partita ċans tad-deheb għal Real Madrid li jirbħu l-ewwel partita tagħhom f’din il-kompetizzjoni hekk kif ingħataw penalty, li madanakollu ma kienx skorjat minn Federico Valverde.