Kmieni filgħodu, ġiet ikkonfermata bejta oħra tal-fkieren – din id-darba fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex.
Din hi t-tielet bejta għal dan is-sajf, hekk kif l-ewwel żewġ bejtiet instabu fil-Ġnejna u fl-Għadira.
Il-bejta l-ġdida li nstabet f’Għawdex ġiet identifikata l-Erbgħa fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, meta l-voluntieri tan-Nature Trust kienu waqt ronda fuq il-bajja u lemħu l-fekruna li għamlet il-bejta tagħha.
Nature Trust, flimkien mal-ERA, marru immedjatament fil-post biex jagħlqu z-zona u jipproteġu dan is-sit.
