Bejn ilbieraħ bil-lejl u dalgħodu, l-awtoritajiet kienu għaddejin b’ħidma minħabba rapporti ta’ binjiet oħra f’Paceville li jinsabu f’periklu.
Jirriżulta li Triq Gort ġiet magħluqa fuq ordni tal-BCA stess minħabba periklu. Tant li l-Pulizija għalqu din il-parti ta’ Paceville.
Jidher li anke t-triq lejn il-qalba ta’ Paceville minn naħa ta’ Spinola ġiet magħluqa għal xi ħin.

L-awtoritajiet qalu li qed iżommu l-post taħt sorveljanza kontinwa. U l-BCA, bl-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) u l-Pulizija, ħadu miżuri ta’ prekwazjoni addizzjonali rigward il-binjiet ġirien u dawk kontigwi, fl-interess tas-sigurtà pubblika.
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi il-BCA qalet ukoll li se tkun qed tirrevedi l-metodu tal-proċess tat-tindif tas-sit.
