Dejjem aktar Palestinjani qed jispiċċaw vittma tal-qawwiet Iżraeljani li qed jokkupaw il-bnadi ta’ Gaza. Dan fost rapporti ġodda mill-aġenzija għad-difiża ċivili f’Gaza li 30 Palestinjan, fl-aħħar sigħat, inqatlu mill-isparar tal-Iżraeljani u meta fost il-vittmi kien hemm 14 li kienu qed jistennew għall-ikel.
Illum, il-Palestinjani li ilhom il-ġimgħat ibatu min-nuqqasijiet tal-ikel u x-xorb nadif, litteralment qed jissugraw ħajjithom huma u jistennew qrib iċ-ċentri għad-distribuzzjoni tal-għajnuna.
Il-kelliema għall-aġenzija għad-difiża ċivili f’Gaza qalu wkoll li f’din l-isparatura, indarbu ‘l fuq minn 100 u li numru ta’ tankijiet tal-gwerra kienu sparaw il-balal lejn l-eluf taċ-ċittadini Palestinjani miġburin flimkien f’ċentru għall-għajnuna partikulari.
Iżrael ma kkummentax b’mod dettaljat dwar il-qtil u qal li qed jinvestiga l-aħħar fost sensiela ta’ inċidenti simili. L-inċidenti saru komuni qalb iz-zoni ta’ Gaza fejn il-familji Palestinjani qed jistennew għall-ikel — bis-sitwazzjoni tagħhom issir dejjem aktar iddisprata.
//= $special ?>