Ulsan Hyundai…………………….0
Mamelodi Sundowns FC……….1
Ulsan Hyundai: J. Hyeonwoo, M. Trojak, S. Myung-Guan (K. Sang-woo 80’), K. Young-gwon, G. Ludwigson, L. Chung-Yong (M. Lacava 64’), J. Woo-young (L. jin-hyun 73’), D. Bojanic (H gyun Lee 73’), K. Seung-beom, W Sang Um, E. Farias
Mamelodi Sundowns FC: R. Williams, K. Mudau, G. Kekana, K. Cupido (M. Mvala 85’), D. Lunga, M. Allende, T. Mokoena, L. Ribeiro (J. Adams 85’), A. Sales (T. Matthews 65’), T. Zwane (B. Aubaas 77’), I. Rayners (L. Mothiba 77’)
Referee: Clement Turpin (Franza)
Matul illejl li għadda komplew jintlagħbu aktar partiti mit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs fejn minn Grupp F, lagħbu Ulsan Hyundai tal-Korea t’Isfel kontra Mamelodi Sundowns FC mill-Afrika t’Isfel fejn kienu dawn tal-aħħar li ħarġu rebbieħa bl-iskor minimu ta’ 1-0.
Mamelodi Sundowns ħasbu li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta minn corner kien Iqraam Rayners li tefa’ fix-xibka, bil-gowl tiegħu jkun imħassar permezz tal-VAR wara li deher imiss il-ballun b’idu.
L-istess plejer iżda skorja dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv fis-36 minuta, meta minn pass preċiż ta’ Lucas Ribeiro, Rayners ma żbaljax minn quddiem il-gowlkiper għal 1-0. Rayners ħaseb li għamilhom 2-0 fit-38 minuta bil-gowl tiegħu din id-darba jkun imħassar minħabba li kien f’pożiżżjoni ta’ offside.
Fit-tieni taqsima, Ulsan kellhom aktar mill-inizjattiva iżda d-difiża ta’ Mamelodi għarfet tagħlaq l-ispazji b’mod tajjeb.
//= $special ?>