Floriana komplew iħabbru aktar akkwisti ta’ plejers barranin, meta llum żvelaw lill-gowlkiper ta’ 31 sena mill-Brażil, Guilherme Cioletti bħala wieħed mill-plejers il-ġodda tagħhom fil-bidu tal-istaġun 2025/26.
Guilherme Cioletti hu gowlkiper ta’ esperjenza fejn kien qed jilgħab l-aħħar il-Portugall, f’Liga 3 ma’ Lusitânia FC Lourosa.
Guilherme Cioletti hu twil 188 ċentimetri hu għandu ukoll passaport Taljan. Fil-passat apparti li lagħab ma’ klabbs oħra Portugiżi, l-gowlkiper il-ġdid ta’ Floriana lagħab ukoll ma’ FK Jonava tal-Litwanja.
L-akkwist ta’ Guilherme Cioletti tħabbar minn Floriana wara li l-gowlkieper numru wieħed tat-tim, matul l-istaġun li għadda, Christoffer Mafoumbi, iffirma ma’ Marsaxlokk.
//= $special ?>