M’hemmx dubju li sa minn qabel fetaħ uffiċjalment is-suq tat-trasferimenti f’Malta, wieħed mill-klabbs tal-Malta Premier li kien attiv mill-ewwel biex issaħħaħ l-iskwadra tiegħu, kienu Gżira United.
Il-maroons se jkollhom lil Clive Mizzi bħala kowċ u l-ewwel akkwist li ħabbru kien ir-ritorn ta’ Maxuel Samurai, l-aqwa skorer tal-Malta Premier l-istaġun li għadda.
L-eks kowċ ta’ Melita, aċċerta wkoll minn akkwisti oħra ta’ plejers ġodda li matul l-istaġun li għadda kienu miegħu fil-Malta Premier. Dawn huma l-midfielder Kolombjan Santiago Martinez; l-eks plejer internazzjonali ta’ taħt il-21 sena, David Xuereb; id-difensur Spanjol Marc Van de Bovenkamp; u l-attakkant u skorer prolifiku Brażiljan, Andre Costa.
Plejers oħra li Gżira United diġà ħabbru bħala akkwisti ġodda huma d-difensur ta’ 25 sena mill-Costa Rica, Pablo Fonseca Brenes; u l-Kolombjan li diġà lagħab ma’ Floriana fit-tieni parti tal-Malta Premier, Jork Beccera.
//= $special ?>