Ikompli l-fake news mill-midja tal-Partit Laburista dan hekk kif matul il-jum tal-Erbgħa qalu li l-MEPs Nazzjonalisti Peter Agius u David Casa astjenew fuq vot li ttieħed fil-Parlament Ewropew – vot li kien jinkludi klawsola fuq l-abort.
Infatti, f’post fuq il-midja soċjali l-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa spjega li l-unika raġuni li astjenew mill-vot huwa kaġun ta’ klawsola b’rabta mal-abort, dan filwaqt li l-MEPs tal-Labour ivvutaw li l-abort isir dritt fundamentali Ewropew.
Intant, David Casa saħaq li l-MEPs tal-Partit Laburista f’Malta jgħidu mod u fi Brussell jagħmlu l-oppost.
//= $special ?>