Charles Azzopardi, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal fil-Parlament li l-PL qed jingħata vantaġġ għax inqasmu distretti ta’ predominanza Nazzjonalista.
Charles Azzopardi kkritika l-qsim tal-lokalitajet u fakkar x’ġara fil-passat. Hu qal li l-PL se jingħata vantaġġ fid-distretti waqt li l-PN se jkun żvantaġġjat. Iċ-ċaqliq se jsir f’lokalitajiet fejn il-PN għandu possibbiltà li jtella’ deputat ieħor. Dan hu mekkaniżmu ppjanat mill-gvern biex il-vot tal-PN ma jkunx rifless fin-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li qed isiru manuvri sistematiċi orkestrati bi ħsieb biex il-PL jiggwadanja billi l-PN ma jtellax is-siġġijiet possibbli fil-Parlament.
Hu sostna li l-maġġoranza tal-gvern fil-Kummissjoni Elettorali m’għadhiex taqdi lill-gvern. B’dak li qed isir, il-vuċi taċ-ċittadini qed tiddgħajjef. Fejn ma nqasmux il-lokalitajiet, il-ċ-ċaqliq sar biex fejn il-PN għandu maġġoranza jkun impossibbli li dan isir.
Dan hu evidenti fit-8 Distrett elettorali waqt li kien hemm ċaqliq biex jinqasam in-Naxxar li se jinqasam bejn it-8 u l-10 distrett elettorali. Dan filwaqt li l-Imġarr se jingħaqad mat-12-il distrett. Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fis-7 distrett elettorali, id-distakk bejn il-PL u l-PN kien biss 300 vot. Dan hu li jinkwieta lill-PL, li jibża’ minn demokrazija li tkun il-prassi.
Charles Azzopardi kompla li dan hu Gvern Laburista u l-mod kif jieħu d-deċiżjonijiet. Hu appella liż-żgħażagħ biex jaqraw l-istorja biex ikunu jafu minn xhiex għadda l-pajjiż f’dan il-kuntest tat-tibdil fid-distretti elettorali.
//= $special ?>