Lokali

Il-proċess li se jwassal għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-PN

“Il-Partit Nazzjonalista se jassigura li l-proċess elettorali għall-ħatra tal-Kap ġdid tal-Partit ikun proċess san u ġust, kif dejjem kien”

Dan intqal mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Charles Bonello, fuq il-podcast ta’ Ricky Caruana, fejn spjega l-proċess li qed jimxi miegħu l-Partit Nazzjonalista sabiex jinħatar Kap ġdid wara r-riżenja ta’ Bernard Grech minn din il-pożizzjoni.

Charles Bonello spjega li wara r-rizejna ta’ Bernard Grech tlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-Partit, li qabel li jissejjaħ il-Kunsill Ġenerali nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju.

Hu semma’ li min hu interessat jikkandida ruħu għal Kap tal-Partit, irid jgħaddi mill-proċess ta’ due diligence, kif ukoll il-proċess ta’ votazzjoni.

Wara li spjega l-proċess li se jwettaq il-PN f’dawn il-ġimgħat li ġejjin, Charles Bonello wieġeb il-mistoqsijiet kollha ta’ Ricky Caruana dwar diversi temi.

Charles Bonello tkellem ukoll bi trasparenza rigward il-finanzi tal-PN. Semma’ wkoll li l-Partit Nazzjonalista kien onest anke dwar il-finanzi; tant li fuq il-podcast stess is-Segretarju Ġenerali rrefera għall-ammont ezatt. Dan filwaqt li l-Partit Laburista għadu jżomm l-ammont tiegħu sigriet u qatt ma ppublikah.

Hu tkellem ukoll dwar is-sens ta’ għaqda fil-PN – għaqda li ġejja b’mod ġenwin.

Intant, il-proċess għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-PN se jkun qed jiftaħ uffiċjalment minn nhar il-Ħadd li ġej – fi tmiem il-Kunsill Ġenerali.