Sport

Imut l-eks plejer tat-tim nazzjonali Franċiż Bernard Lacombe

Bernard Lacombe

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim nazzjonali Franċiż, BERNARD LACOMBE, fl-età ta’ 72 sena. Lacombe jibqa’ mfakkar l-aktar għaliex kien parti ewlenija fit-tim Franċiż li rebaħ il-Euro 1984.

Barra minn hekk huwa skorja wkoll l-iktar gowl veloci li qatt skorja plejer tat-tim nazzjonali Franċiż f’Tazza tad-Dinja meta fl-Argentina fit-Tazza tad-Dinja tal-1978 fil-partita kontra l-Italja, kien għeleb lil Dino Zoff wara biss 30 sekonda.

Huwa kien attakkant prolifiku fejn matul il-karriera kien skorja 304 gowls f’592 dehra fil-kompetizzjonijiet ufficjali fejn huwa meqjus bħala t-tieni l-aqwa skorer fil-Kampjonat Franciż. Bejn l-1969 – 1978 lagħab ma’ Lyon, fl-1978-79 ma’ Saint Etienne, filwaqt li bejn l-1979 u l-1987 lagħab xejn anqas minn 243 ma’ Bordeaux.

Huwa skorja wkoll 12-il gowl għat-tim nazzjonali Franċiż fi 38 partita. Fi tmiem il-karriera bejn l-1986 u l-2000 kien kowc ma’ Lyon.