Lokali Saħħa

Ir-retorika tal-Labour dwar Mater Dei tisfaxxa fix-xejn

Wara snin twal ta’ gideb mil-Labour dwar il-binja tal-Isptar Mater Dei u l-konkos li ntuża’ sabiex tinbena, issa, l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei ikkonferma illi l-materjal li ntuża’ mhux ta’ periklu.

F’intervista li saritlu fuq l-RTK mill-Professur Andrew Azzopardi, il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Keith Attard iddikjara li l-konkos li ntuża’ sabiex jinbena l-Isptar Mater Dei mhux perikoluż. Għall-kuntrarju tar-retorika li ilu jipprova jimbotta’ l-Labour kemm ilu fil-Gvern.

L-Inġinier Attard spjega illi l-espansjoni tad-dipartiment tal-emerġenza se tkun qed issir mil-livell tat-triq. U mhux se jkunu qed jinbnew sulari addizjonali fuq il-bini li diġa’ hemm.

Dan se jkun ifisser illi l-Isptar Mater Dei se jkun attrezzat bid-Dipartiment tal-Emerġenza preżenti, u estensjoni fil-livell tat-triq, li jkollha sulari addizzjonali.

Id-dikjarazzjoni tal-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei, waqqgħet ir-retorika li ilu jipprova jimbotta l-Labour għal dawn l-aħħar snin, hekk kif ikkonfermat illi mhux minnu li l-konkos huwa perikoluż.

Il-proċess tal-bini tal-Isptar Mater Dei kien inbeda lura fis-snin disgħin… fejn żgur ma kienx prevvist li l-popolazzjoni Maltija se tisplodi b’dan il-mod. U wisq anqas kien maħsub li l-Isptar Mater Dei kellu jespandi b’mod drastika.