Lokali

Tnejn fil-periklu tal-mewt wara inċident maġġuri bejn zewġ karozzi

Numru ta’ ambulanzi, Pulizija u membri tas-CPD issejħu f’Ħaz-Zebbug tard bil-lejl wara inċident tat-traffiku.

Il-każ jidher li seħħ għall-ħabta tal-10:45pm fi Triq l-Imdina.

Fl-inċident kienu involuti żewġ karozzi, bis-sewwieqa jittieħdu l-isptar. Il-karozzi – li kienu viċin ir-roundabout tas-St Dorothy’s – spiccaw ħabtu head-on.

Net News jinsab infurmat li ż-żewġ persuni jinsabu rikoverati l-ITU jissieltu għal ħajjithom.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo