Lokali

Konferma li kompliet tiżdied ir-rata tal-għoli tal-ħajja

Ċifri ppubblikati għax-xahar ta’ Mejju juru li l-prezzijiet f’pajjiżna komplew jisparaw ‘il fuq. Dan hekk kif ir-rata tal-għoli tal-ħajja, skont il-Eurostat, żdiedet għal 2.7 fil-mija.

Din l-istatistika uffiċjali tikkonferma xejra konsistenti, fejn il-prezzijiet f’Malta qed jiżdiedu xahar wara l-ieħor.

Fil-fatt, sa minn Diċembru, iċ-ċifri tal-Eurostat juru żieda kostanti fir-rata tal-għoli tal-ħajja.

Dan fih innifsu jikkuntrasta ferm ma’ dak li qed jesperjenzaw popli oħra madwar l-Ewropa. Fil-fatt, fil-pajjiżi tal-UE, ir-rata tal-għoli tal-ħajja niżlet għal 2.2 fil-mija – minn 2.4 fil-mija f’April.

L-inqas rata ta’ inflazzjoni kienet reġistrata f’Ċipru, Franza u l-Irlanda. Pajjiżi oħra bħall-Italja, Spanja, il-Ġermanja, is-Slovenja, il-Portugall u d-Danimarka.